Il-Milied Malti
Il-Milied
hija festa ċċelebrata fil-25 ta' Diċembru biex tfakkar
it-twelid ta' Ġesù Kristu. Għal ħafna anzjani, nies ta' mezza età u tfal il-Milied għadu
wieħed reliġjuż b'diversi attivitajiet reliġjużi organizzati fl-iskejjel
u mis-Soċjetà tal-MUSEUM. Fost id-drawwiet
popolari marbuta mal-Milied insibu l-għoti tar-rigali, il-Father Christmas,
il-mużika u l-għanjiet tal-Milied, kartolini b'xewqat,
ċelebrazzjonijiet reliġjużi bħall-quddiesa ta' nofs il-lejl, ikel
speċjali, u dekorazzjonijiet varji bħas-siġra tal-Milied, dwal,
girlandi u presepji. Il-knejjes ikunu mżejnin bid-dwal u presepji. Id-djar ukoll ikunu mżejnin bid-dwal ikkuluriti, siġra
tal-milied u xi kultant tara ukoll xi presepju jew bambin fil-maxtura wara xi
tieqa ta’ xi dar. Tradizzjoni oħra
hija fejn tifel jgħid
il-priedka tal-Milied waqt il-quddiesa ta’ nofs il-lejl. Fost l-ikel tradizzjonali insibu
d-dundjan u l-qagħaq
tal-għasel,
‘mince pies’ u l-‘christmas log’.
No comments:
Post a Comment