Saturday, 8 December 2012

                                             Il-Milied Malti

 
Il-Milied hija festa ċċelebrata fil-25 ta' Diċembru biex tfakkar it-twelid ta' Ġesù Kristu.  Għal ħafna anzjani, nies ta' mezza età u tfal il-Milied għadu wieħed reliġjuż b'diversi attivitajiet reliġjużi organizzati fl-iskejjel u mis-Soċjetà tal-MUSEUM.  Fost id-drawwiet popolari marbuta mal-Milied insibu l-għoti tar-rigali, il-Father Christmas, il-mużika u l-għanjiet tal-Milied, kartolini b'xewqat, ċelebrazzjonijiet reliġjużi bħall-quddiesa ta' nofs il-lejl, ikel speċjali, u dekorazzjonijiet varji bħas-siġra tal-Milied, dwal, girlandi u presepji. Il-knejjes ikunu mżejnin bid-dwal u presepji.  Id-djar ukoll ikunu mżejnin bid-dwal ikkuluriti, siġra tal-milied u xi kultant tara ukoll xi presepju jew bambin fil-maxtura wara xi tieqa ta’ xi dar.  Tradizzjoni oħra hija fejn tifel  jgħid il-priedka tal-Milied waqt il-quddiesa ta’ nofs il-lejl.  Fost l-ikel tradizzjonali  insibu  d-dundjan u  l-qagħaq tal-għasel, ‘mince pies’ u l-‘christmas log’.